Annual Meeting for Liaison Officers - 2026
Nhar il-Ħamis 30 ta' Jannar 2025, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni organizza seminar bit-tema "Insaħħu l-ħidma ta' bejnietna". Dan il-forum ġabar flimkien lill-Ombudsman Parlamentari, lill-Awditur Ġenerali u lis-Segretarji Permanenti. Kif timplika t-tema tas-seminar, il-kollokju ffoka fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni eżistenti bejn l-Amministrazzjoni Pubblika u dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ta' sorveljanza, kif ukoll biex jesplora mezzi oħra kif tissaħħaħ aktar din il-kooperazzjoni.
Il-kollokju kien immexxi minn Prof Edward Warrington. Fil-preludju tiegħu, ġie stabbilit li t-tliet istituzzjonijiet jaħdmu għal għan komuni: dak li jintlaħqu livelli ogħla ta' governanza tajba fl-għoti tas-servizzi pubbliċi, u li tissaħħaħ il-kontabiltà fil-proċess.
Sussegwentement, is-Segretarji Permanenti ġew indirizzati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, mill-Awditur Ġenerali u mill-Ombudsman Parlamentari. Wara dawn id-diskorsi, bdiet diskussjoni bejn il-parteċipanti. Id-diskussjoni ffukat fuq erba' mistoqsijiet magħmula minn Prof Warrington:
Is-Segretarji Permanenti qablu li jikkooperaw mal-istituzzjonijiet ta' sorveljanza u li jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex tissaħħaħ din il-kooperazzjoni, billi jkunu konxji mill-benefiċċji li jistgħu jinkisbu għall-Amministrazzjoni Pubblika u għall-pubbliku. Mid-diskussjoni ħarġet ukoll il-ħtieġa għal kollokji simili, bis-sehem tal-entitajiet.