English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US

News Banner
Back Mur Lura

Imwettqa 81% tal-miżuri tal-Baġit 2023

Date20.11.2023
Time5 minuti

​​​​​Ir-rata ta' implimentazzjoni kompliet titjieb minn sena għal sena skont l-aħħar statistika kkompilata mid-Direttorat tal-Implimentazzjoni fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru

Ir-rata ta' implimentazzjoni tat-twettiq tal-baġit tas-sena 2023 kienet dik ta' 81%. Din kienet l-għola rata li qatt intlaħqet kemm ilu jsir dan l-eżerċizzju mill-2014 il-quddiem. Id-Direttorat tal-Implimentazzjoni ħa jkun qed jgħalaq 10 snin minn mindu beda jsegwi l-miżuri tal-Baġit u b'hekk riżultat bħal dan huwa inkoraġġanti u ċertifikat ta' sistema li qed topera b'suċċess.

Dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ juri li b'kollox din is-sena twettqu 311-il miżura li jinkludu miżuri mill-baġit 2023 kif ukoll miżuri oħrajn minn baġits passati.

Fost miżuri varji dawn jinkludu ir-rinovar u ftuħ ta' faċilitajiet sportivi, fosthom pixxina olimpika ġdida ġewwa Bormla kif ukoll l-organizzazzjoni f'Malta tal-Logħob għall-Pajjiżi Żgħar Ewropej. Miżuri oħrajn kienu jittrattaw investimenti fil-korpi dixxiplinati, fl-infrastruttura, fl-edukazzjoni u fl-anzjani, kif ukoll rinovar ta' Ċentri tas-Saħħa u investiment f'aktar mediċini b'xejn, fosthom b'assistenza lejn koppji li xtaqu l-ewwel tarbija.

Ix-xogħol li jsir mis-Servizz Pubbliku ma jsirx b'kumbinazzjoni imma b'riżultat ta' koordinament bejn d-Direttorat tal-Implimentazzjoni u dipartimenti, entitajiet u ministeri varji.

Il-pubblikazzjoni “It-Twettiq tal-Baġit 2023" fiha elenku tal-miżuri kollha li tħabbru fil-baġit 2023, fejn fuq kull miżura hemm rappurtaġġ tal-istat tagħha. Apparti minn hekk, il-pubblikazzjoni tagħti analiżi tal-andament ekonomiku u rappurtaġġ dwar l-elementi soċjali fil-baġits ta' dawn l-aħħar snin.


Link - Implementation of the 2023 Budget

Gallery Image
Gallery Image
Previous Next
Data tal-Pubblikazzjoni: 20 Novembru 2023
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Annual Meeting for Liaison Officers - 2026

Read More
Latest News

Strategy Day 2026

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • Implementation
  • Governance
  • Coordination of Inspections
  • Digital Documents
  • Training
  • Publications
  • Contact Us
  • Recruitment
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Terms Of Use
  • Privacy Policy
  • Cookie Policy
  • Accessibility Statement
This site uses cookies to guarantee you the best experience. If you do not change your settings, we understand that you are accepting the use of cookies automatically. MoreInformation