English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US

News Banner
Back Mur Lura

Konferenza Mid-Direttorat Għal Azzjoni Ta’ Governanza u Mid-Direttorat Għall-Implimentazzjoni

Date09.05.2024
Time5 minuti

Fid-9 ta' Mejju 2024, id-Diviżjoni għall-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni nediet programm ta' sensibilazzjoni mal-ministeri sabiex id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jagħti għarfien dwar prattiċi ta' governanza tajba addotati fil-ministeru konċernat, sabiex jiġu ndirizzati nuqqasijiet li jkunu ġew identifikati mill-istituzzjonijiet ta' sorveljanza.

L-ewwel minn din is-sensiela ħadet forma ta' konferenza bit-tema 'Governance in Action', u saret mal-kapijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Fetaħ il-konferenza s-Segretarju Permanenti, is-Sur Matthew Vella. Wara  indirizza l-konferenza id-Direttur Ġenerali Koordinazzjoni u Implimentazzjoni, is-Sur Oreste Cassar, fejn ta ħarsa ħafifa lejn l-irwol ta' kull direttorat li jaqa' fid-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni.

Kien imiss imbagħad lid-Direttur Azzjoni ta' Governanza, is-Sa Jacqueline Bonnici, li spjegat l-obbligu li kull impjegat pubbliku għandu li jirrikonoxxi lill-istituzzjonijiet ta' sorveljanza u li tittieħed azzjoni f'waqtha biex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija minnhom. Spjegat ukoll kif bl-adozzjoni tal-prinċipji ta' governanza tajba tonqos il-frekwenza li istituzzjonijiet ta' sorveljanza jsibu nuqqasijiet fl-operat tal-Amministrazzjoni Pubblika, kif ukoll jonqsu l-ilmenti mill-pubbliku għax ikun qed jingħata servizz aħjar.

Wara l-Assistent Direttur Azzjoni ta' Governanza, is-Sa Angela Portelli, spjegat l-importanza ta' komunikazzjoni kontinwa bejn l-entità konċernata, is-Segretarju Permanenti u l-istituzzjonijiet ta' sorveljanza, kif ukoll azzjoni immedjata u effettiva; dan bl-għajnuna tal-Liaison Officers u Focal Persons rispettivi.

It-tieni parti tal-konferenza ġiet indirizzata mid-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Proġetti, is-Sur Aaron Abdilla, fejn spjega kif id-Direttorat għall-Implimentazzjoni jimmoniterja u jassisti kontinwament lill-Ministeri u l-Entitajiet Pubbliċi fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit tal-Gvern sabiex dawn iwettqu l-proġetti tagħhom bl-iktar mod effettiv u effiċjenti possibbli. Wara kompla billi tkellem fuq il-progress tal-miżuri li jirrelataw mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni. Is-Sur Abdilla saħaq fuq kif dan il-proċess kollu jsir sabiex il-Gvern jipprovdi servizz t'eċċellenza fil-waqt illi jassikura l-akkontabilita', it-trasparenza, u l-koordinazzjoni.

Min-naħa tiegħu, l-Assistent Direttur tal-Implimentazzjoni tal-Proġetti, is-Sur Andrew Micallef, spjega il-proċess sħiħ li jseħħ kull sena u li jibda mill-għada tad-Diskors tal-Baġit sal-pubblikazzjoni finali fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri li jiġi ppreżentat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni qabel ma jiskatta l-perjodu tal-Baġit li jmiss

Gallery Image
Data tal-Pubblikazzjoni: 09 Mejju 2024
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Annual Meeting for Liaison Officers - 2026

Read More
Latest News

Strategy Day 2026

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • Implementation
  • Governance
  • Coordination of Inspections
  • Digital Documents
  • Training
  • Publications
  • Contact Us
  • Recruitment
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Terms Of Use
  • Privacy Policy
  • Cookie Policy
  • Accessibility Statement
This site uses cookies to guarantee you the best experience. If you do not change your settings, we understand that you are accepting the use of cookies automatically. MoreInformation