English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US
  • DIVISION
    Our Action Plan Organisational Chart
  • DIRECTORATE
    Implementation
    Directorate for Implementation Vision and Mission
    Governance Action
    Directorate for Governance Action Mission, Vision and Values The Compliance Section Governance Action Publication – Ombudsman Governance Action Publication - NAO
    Coordination of Inspections
    The Office of Coordinates Inspections Mission, Vision and Values The ‘High Standard of Compliance’ Certificate
    Document Management
    Document Management Mission, Vision and Values
  • CONTACT US

Back Mur Lura

Pubblikazzjoni ta' 'Governance Action on the NAO’s Annual Report on Public Accounts 2023 and other NAO reports 2024’

Date25.09.2025
Time minuti

Hekk kif il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ppreżenta l-publikazzjoni “Governance Action on the Nao's Annual Report on Public Accounts 2023 and other NAO reports 2024" lill-Awditur Ġenerali s-Sur Charles Deguara, huwa ħabbar li  kienu 686 l-azzjonijiet li implimenta s-Servizz Pubbliku li ħarġu mir-rapporti tal-awditur.

Dan huwa numru b'saħħtu ħafna u jindika b'mod ċar li l-Amministrazzjoni Pubblika mhux biss tagħraf il-ħidma siewja tal-Awditur imma wkoll taħdem fuq ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru.

Waqt il-preżentazzjoni ntqal ukoll illi din is-sena, il-pubblikazzjoni tlestiet xahrejn qabel u l-istatistika hija aġġornata sal-aħħar ta' Awwissu 2025. Minkejja dan, intlaħqet rata ta' twettiq b'saħħtu ta' 86%.

Ir-rapport tal-Governance Action jkompli jservi bħala strument important ta' monitoraġġ biex jippromwovi t-trasparenza u l-kontabbiltà fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet meħuda. Ir-rapport jikkontribwixxi b'mod attiv għall-identifikazzjoni ta' oqsma li jeħtieġu titjib, filwaqt li jarmonizza l-proċeduri amministrattivi mal-prinċipji ta' governanza tajba u mal-objettivi strateġiċi nazzjonali ta' Malta, inklużi dawk definiti fil- “Malta Vision 2050".

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li apparti r-riżultati sbieħ miksuba, kien hemm entitajiet li ġew indikati bħala eżempji ta' prattiċi tajba. Dawn kienu l-Awtorità tal-Istatistika fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u l-iskema “Home Care and Help Services" fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Huwa tenna li dipartimenti governattivi u entitajiet oħra għandhom jikkupjaw dawn il-prattiċi ħalli jtejbu l-operat tagħhom.



Sors: Servizz Pubbliku (2025)

Data tal-Pubblikazzjoni: 25 Settembru 2025
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Annual Meeting for Liaison Officers - 2026

Read More
Latest News

Strategy Day 2026

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • Implementation
  • Governance
  • Coordination of Inspections
  • Digital Documents
  • Training
  • Publications
  • Contact Us
  • Recruitment
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Terms Of Use
  • Privacy Policy
  • Cookie Policy
  • Accessibility Statement
This site uses cookies to guarantee you the best experience. If you do not change your settings, we understand that you are accepting the use of cookies automatically. MoreInformation