English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA

AZZJONI TA' GOVERNANZA FUQ IR-RAPPORT ANNWALI TAL-OMBUDSMAN PARLAMENTARI

Il-kontabbiltà u l-governanza tajba fl-amministrazzjoni pubblika jiġu msaħħa bir-rakkomandazzjonijiet li jsiru minn istituzzjonijiet ta' kontroll esterni. Waħda minn dawn l-istituzzjonijiet huwa l-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari. L-amministrazzjoni pubblika dejjem tilqa' dawk ir-rakkomandazzjonijiet li possibilment jistgħu jiġu mplimentati. Din il-kontribuzzjoni siewja sservi sabiex jiġu identifikati oqsma fejn hemm lok għal titjib, is-servizz jiġi mwassal aħjar kif ukoll tixpruna tibdiliet fit-tul bħal ma huma emendi fil-politika u leġiżlazzjoni skont kif meħtieg.

Qabża kbira fl-isforzi sabiex jintlaħqu standards ogħla hija Inizjattiva 52.2 tal-iStrateġija tas-Servizz Pubbliku, li tistipula li konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman trid tintlaħaq f'90 jum.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni nkariga lid-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza sabiex jixtarr il-każijiet imressqa mill-Ombudsman u l-Kummissarji tiegħu fil-konfront ta' ministeri, dipartimenti u entitajiet u jibqa' jsegwi kontinwament il-progress.

Il-Ministeri huma obbligati li kull tliet xhur jirrappurtaw lil dan id-Direttorat il-każijiet ġodda li jidħlu f'dik is-sena partikolari, f'liema stadju waslu u jirrappurtaw ukoll il-progress li jkun sar f'każijiet pendenti mis-snin ta' qabel. L-uffiċjali tagħna, flimkien mal-kontropartijiet fil-ministeri, jinvestigaw kull każ u jibqgħu jaġġornaw fuq il-progress milħuq sakemm ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman, jekk tiġi aċċettata, titwettaq kompletament.

Id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jagħmel laqgħat ta' għeluq mar-rappreżentanti tal-ministeri involuti sabiex isiru xi kjarifikazzjonijiet qabel ma jsir l-abbozz finali tar-rapport bi tweġiba għar-rapport annwali tal-Ombudsman tas-sena ta' qabel.  

L-edizzjoni l-iktar riċenti ta' Governance Action on the Parliamentary Ombudsman's Annual Report 2024, ġiet ippubblikata fil-5 ta' Diċembru 2025.



Government Logo
  • IMPLIMENTAZZJONI
  • GOVERNANZA
  • KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
  • DOKUMENTI DIĠITALI
  • TAĦRIĠ
  • PUBLIKAZZJONIJIET
  • IKKUNTATJANA
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation