English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA

Implimentazzjoni

Direttorat għall-Implimentazzjoni

Sa mill-2014, id-Direttorat għall-Implimentazzjoni jieħu ħsieb l-koordinament u l-ixprunar għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit u proġetti kruċjali oħra identifikati mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ewlieni. Fir-rwol tagħna, nistinkaw sabiex niġbru flimkien Ministeri, entitajiet, u korpi pubbliċi u b'hekk inwasslu b'mod dejjem aħjar servizzi effiċjenti u effettivi lejn iċ-Ċittadin. Dan isir permezz ta' monitoraġġ, tmexxija, u koordinazzjoni tal-proċess t'implimentazzjoni tal-miżuri u l-proġetti tal-Gvern.

It-tluq taċ-ċiklu t'implimentazzjoni jibda mat-tħabbira annwali tad-diskors tal-baġit, fejn immedjatament id-Direttorat jalloka l-miżuri lill-Ministeri responsabbli sabiex jibdew l-implimentazzjoni tagħhom. Waqt il-proċess jiġi żgurat li kull miżura tkun imfassla fuq pjan t'azzjoni sabiex it-twettieq tal-proġett ikun wieħed ta' suċċess. Kull xahar nagħrblu r-rapporti tal-implimentazzjoni mill-Ministeri u jitqabblu mal-pjan t'azzjoni kif ġie approvat. Apparti dan, kull proġett jiġi segwit permezz ta' laqgħat mal-Ministeri u żjarat fuq il-lant tax-xogħol sabiex niżguraw monitoraġġ kontinwu u sħiħ.

Barra minn hekk, kull xahar jiġi kkompilat rapport analitiku dwar l-istat tal-implimentazzjoni u jintbgħat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni u lill-Ministeri kollha. Dan ir-rapport joffri għarfien dwar l-istat attwali taċ-ċiklu t'implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit u l-proġetti ewlenin tal-Gvern, sabiex tinħoloq konverġenza fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika lejn Servizz t'Eċċellenza.

Fl-aħħar nett, kull sena nippubblikaw rapport annwali dwar it-twettieq tal-Baġit kif ukoll deskrizzjoni tal-istat attwali ta' kull miżura. Permezz ta' dan, id-Direttorat jipprovdi trasparenza u akkontabilità tal-Gvern lejn iċ-Ċittadin.​

Image

Missjoni u Viżjoni

Il-qalba tal-filosofija tagħna tiffoka fuq s-servizz t'eċċellenza. Ħidmietna hija ddedikata lejn l-iżgurar tat-twettieq effettiv u effiċjenti tal-proġetti tal-Amministrazzjoni Pubblika ta' Malta. Xogħolna huwa msejjes fuq il-valuri tal-akkontabilità, it-trasparenza u l-koordinazzjoni.

Id-Direttorat għall-Implimentazzjoni għandu rwol ċentrali fit-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet misjuqa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Permezz ta' monitoraġġ kontinwu, tmexxija proattiva, u koordinazzjoni, inħabirku sabiex nagħqdu flimkien Ministeri, dipartimenti, entitajiet, u korpi pubbliċi għat-twettieq tal-proġetti u l-miżuri tal-baġit b'suċċess. L-aspirazzjoni tagħna hija li nistabilixxu livell ta' eċċellenza fil-governanza.​​

Government Logo
  • IMPLIMENTAZZJONI
  • GOVERNANZA
  • KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
  • DOKUMENTI DIĠITALI
  • TAĦRIĠ
  • PUBLIKAZZJONIJIET
  • IKKUNTATJANA
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation