English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA

Azzjoni ta Governanza

Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza

X’NAGĦMLU

Pubblikazzjonijiet

Ta’ kull sena dan id-Direttorat jipprepara żewġ pubblikazzjonijiet li jitrattaw azzjoni ta’ governanza u li permezz tagħhom jgħarrfu lill-pubbliku dwar it-tħassib identifikat minn Istituzzjonijiet ta’ Sorveljanza – bħall-Uffiċ​ċju tal-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Waqt it-tħejjija tal-pubblikazzjonijiet, id-Direttorat, f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni u l-punti ta’ referenza ministerjali, jara li jiġi żgurat li l-Amministrazzjoni Pubblika twettaq ir-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Awditur Ġenerali b’mod effettiv. Barra minn hekk, id-Direttorat jistudja u jsegwi r-riżultat tal-investigazzjonijiet li jsiru mill-Ombudsman Parlamentari u mill-Kummissarji tiegħu. Bl-għajnuna tal-Uffiċjali ta’ Kuntatt (Liaison Officers) l-Amministrazzjoni Pubblika hija mħeġġa twieġeb lill-Ombudsman fi żmien xieraq.

Konformità

Sabiex wieħed jifhem aħjar il-funzjoni tal-governanza, dan id-Direttorat jinvestiga kull azzjoni li tiġi rrappurtata bħala li ġiet imwettqa fir-rapporti ppubblikati msemmija hawn fuq. Id-Direttorat jagħżel kampjun sabiex jivverifika li l-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni ġiet imwettqa tassew u b’mod effettiv u, fejn ikun il-każ, jiżgura li qed jiġu segwiti l-politiki u l-proċeduri operattivi standard (SOPs) li jkun hemm fis-seħħ. Barra minn dan, l-uffiċċju joffri l-għajnuna meħtieġa f’diffikultajiet li jinqalgħu sabiex jiġu mplimentati azzjonijiet speċifiċi b’mod effettiv, filwaqt li jiżgura li jkun hemm konformità.

Integrità u Imġieba Etika

Dan id-Direttorat iħaddem l-implimentazzjoni ta' Direttiva 15, li ntroduċiet l-Integrity and Ethics Awareness and Learning Programme (IEAL) u għamlitu mandatorju għal Uffiċjali Pubbliċi li għandhom kariga li tesponihom għal riskju għoli.

B'effett minn Jannar 2024, il-programm tal-IEAL ġie mġedded u trasformat f'kors formattiv, ibbażat fuq każijiet fattwali li jiġu maqsuma u diskussi wiċċ imb'wiċċ bejn il-parteċipanti matul tliet sessjonijiet ta' laqgħat formattivi.​

Image

Missjoni, Viżjoni w Valuri

Xogħolna
Il-missjoni tagħna hija li nxerrdu l-għarfien fuq il-prinċipji ta’ kontabbiltà u ta’ integrità f’kull biċċa xogħol li jwettqu l-uffiċjali pubbliċi, sakemm naslu biex noffru lill-pubbliku servizz ta’ eċċellenza.

Il-Viżjoni tagħna
Fid-Direttorat għal Azzjoni ta’ Governanza, li ġie mwaqqaf dan l-aħħar, aħna l-impjegati nagħmlu l-almu tagħna sabiex intejbu l-livell ta’ kontabbiltà, ta’ trasparenza u ta’ tmexxija tajba fl-operat tas-Servizz Pubbliku u tal-Amministrazzjoni Pubblika usa’. Għan ieħor tat-tim tagħna huwa li nsaħħu u nippromwovu l-ogħla standards ta’ imġieba etika fl-Amministrazzjoni Pubblika.

Il-Valuri tagħna
L-impenn tagħna huwa li nsaħħu l-valuri tas-Servizz Pubbliku kif ukoll li nkattru l-kuxjenza u l-għarfien dwar dawn il-valuri fl-impjegati kollha tal-gvern filwaqt li nagħmlu ħilitna sabiex inkunu punt ta’ referenza għalihom fuq kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tmexxija u integrità.

It-Taqsima tal-Konformità

Fid-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza, dan l-aħħar ġiet imwaqqfa t-Taqsima tal-Konformità. Ġew reklutati żewġ Uffiċjali ta' Konformità sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-progress fuq dawk il-verifiki li jkunu ġew identifikati mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu Report by the Auditor General – Public Accounts (20XX) u li kienu wkoll ġew irrapurtati fuq il-pubblikazzjoni annwali tad-direttorat tal-Governanza NAO's Report on Public Accounts (20XX) and other NAO Reports (20XX).

Hija r-responsabbiltà tat-Taqsima tal-Konformità sabiex tassigura li l-azzjonijiet proposti mill-ministeru, li kienu ġew imwiegħda li twettqu jew li se jitwettqu, sabiex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali, saru jew qed isiru tassew u b'mod effettiv. It-taqsima dan tagħmlu kemm mill-uffiċċju, billi tagħmel skrutinju tal-verifika, tiġbor evidenza u dokumentazzjoni meħtieġa, kif ukoll permezz ta' laqgħat mal-uffiċjal/i kkonċernati. Fl-aħħar tal-istudju isir rapport bil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti (Koordinazzjoni u Implimentazzjoni) u mibgħuta lis-Segretarju Permanenti rispettiv.

It-taqsima hija wkoll kommessa li tanalizza dawk il-każijiet tal-Ombudsman fejn ikun innotat li hemm nuqqas fl-operat tal-amministrazzjoni pubblika.​

Il-Programm tal-Integrity and Ethics Awareness and Learning (IEAL)

L-amministrazzjoni pubblika kontinwament taħdem sabiex issaħħaħ l-istrutturi tal-governanza u l-kontabbiltà b'mezzi teknoloġiċi kif ukoll b'direttivi u linji politiċi li jiġu Employees and Board Members, li hija l-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tiġbor fiha l-prinċipji u l-obbligi li jirregolaw l-imġieba tal-ħaddiema pubbliċi. Inizjattiva oħra importanti f'din id-direzzjoni kienet it-tnedija tal-Integrity and Ethics Awareness and Learning (IEAL) Programme.

Il-Programm IEAL huwa mmirat sabiex itejjeb l-istandard tal-integrità fix-xogħol ta' kuljum tal-ħaddiema tal-gvern. Il-ħaddiema qed jiġu offruti programm ta' żvilupp sabiex ikabbru l-għarfien tagħhom dwar ir-responsabbiltà meħtieġa fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fl-azzjonijiet tagħhom. Il-programm iservi wkoll ta' gwida u jippreżenta riflessjonijiet fuq kif wieħed għandu jieħu deċiżjonijiet etikament korretti meta jiġi affaċċjat b'sitwazzjonijiet skomdi u dubjużi.

Permezz ta' Direttiva 15, li daħlet fis-seħħ fl-20 t'April 2021, il-programm IEAL sar mandatorju għall-kategoriji ta' impjegati li r-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom huma suxxettibbli għal riskju għoli, li jinkludu:

   1. Uffiċjali pubbliċi li jokkupaw postijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika li huma elenkati fi Skeda Sitta tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika; u

   2. Kandidati prospettivi għal karigi għolja ta' maniġment (Kategorija A – Karigi Prinċipali Skali 1 – 5)

L-impjegati fis-Sitt Skeda tal- Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika huma obbligati li jirrepetu l-eżami kull sentejn.

B'effett minn Jannar 2024, il-programm tal-IEAL ġie mġedded u trasformat f'kors formattiv, ibbażat fuq każijiet fattwali li jiġu maqsuma u diskussi wiċċ imb'wiċċ bejn il-parteċipanti matul il-laqgħat ta' taħriġ. Dan b'kuntrast ma' qabel fejn il-programm kien jiġi segwit b'mod individwali permezz ta' sistema elettronika. Il-Programm tal-IEAL, fil-format ġdid tiegħu, qed jingħata lill-uffiċjali pubbliċi li għandhom kariga ta' tmexxija. Fil-futur, il-programm jiġi estiż għall-impjegati pubbliċi kollha.

Il-programm tal-IEAL jikkonsisti fi tliet sessjonijiet formattivi li jiffukaw fuq: Kunċetti, Għarfien, u l-Qafas tal-Integrità. Il-programm jipprovdi lill-parteċipanti b'materjal siewi u punti kritiċi rigward kondotta xierqa fuq il-post tax-xogħol. Jipprovdi wkoll gwida u riflessjonijiet dwar kif u għaliex jinbtu dilemmi etiċi u x'wieħed irid jikkonsidra meta jiġi biex jiddeċiedi liema hi, etikament, l-aħjar deċiżjoni korretta.

Wara t-tielet sessjoni, il-parteċipanti huma mistennija joqogħdu għal valutazzjoni mandatorju u jgħaddu minnu. It-test hu ta' 30 minuta u l-parteċipanti jridu jwieġbu mistoqsijiet fil-format ta' għażla multipla. Dawk l-uffiċjali li ma jgħaddux mill-assessment huma mitluba jirrepetu t-tielet sessjoni tal-Programm (Il-Qafas tal-Integrità) u wara jerġgħu joqogħdu għat-test.

Id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jimmaniġġja l-programm tal-IEAL id f'id mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), fi ħdan il-People & Standards Division (P&SD). Kull tant żmien id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jidentifika parteċipanti għall-programm u jgħaddi l-lista lill-IPS. Bħala amministraturi tas-sistema tat-taħriġ, l-IPS jibagħtu notifika lill-parteċipanti fejn dawn tal-aħħar jiġu mitluba jirreġistraw għall-Programm.

Id-Direttorat iwieġeb għall-mistoqsijiet u diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-parteċipanti, isegwi l-attendenza tal-parteċipanti u r-riżultati miksuba fl-eżamijiet. Statistiċi u rapport relatati jiġu mgħoddija lis-Segretarji Permanenti rispettivi, flimkien mal-lista ta' parteċipanti taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'dettalji dwar min għadda jew min weħel mill-valutazzjoni, u min ma għamilx il-Programm mingħajr ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni. Permezz ta' Direttiva 15, is-Segretarji Permanenti għandhom is-setgħa li jieħdu passi dixxiplinarji kontra min ma jobdix id-direttiva

Government Logo
  • IMPLIMENTAZZJONI
  • GOVERNANZA
  • KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
  • DOKUMENTI DIĠITALI
  • TAĦRIĠ
  • PUBLIKAZZJONIJIET
  • IKKUNTATJANA
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation