Laqgħa Annwali għal-Liaison Officers - 2026
Nhar il‑Ġimgħa, 13 ta’ Marzu 2026, id‑Direttorat għall‑Azzjoni ta’ Governanza (GAD) organizza l‑laqgħa annwali tiegħu għal-Liaison Officers mill‑ministeri kollha tal‑Amministrazzjoni Pubblika fl‑Aula Magna tal‑Università ta’ Malta, il‑Belt Valletta. L‑avveniment laqqa’ flimkien uffiċjali li għandhom rwol kruċjali fil‑koordinazzjoni mal‑GAD dwar każijiet tal‑Ombudsman u dwar l‑implimentazzjoni tar‑rakkomandazzjonijiet maħruġa mill‑Awditur Ġenerali (NAO).
Is‑seminar fetaħ b’indirizz mid‑Direttur Ġenerali (Koordinazzjoni u Implimentazzjoni), li spjega l‑funzjonijiet tal‑GAD u enfasizza l‑kontribut essenzjali tal‑Liaison Officers biex jiġi żgurat komunikazzjoni effettiva, soluzzjoni f’waqtha tal‑każijiet u governanza msaħħa madwar il‑ministeri. Kompliet imbagħad Id‑Direttur għall‑Azzjoni ta’ Governanza fejn tat ħarsa ġenerali lejn l‑iżviluppi li qed jitħejjew fil‑proċess tar- rappurtaġġ tal‑NAO, u tenniet ir‑responsabbiltà kritika tal‑Liaison Officers li jirrappurtaw b’mod preċiż u f’waqtu sabiex jiġi ffaċilitat segwitu effettiv.
Il‑parteċipanti attendew ukoll għal preżentazzjoni dwar rappurtaġġ tajjeb u effettiv, bil‑għan li titjieb il‑ċarezza u l‑konsistenza tas‑sottomissjonijiet magħmula mil-Liaison
Officers permezz tas‑sistema ta’ rappurtar tal‑GAD. Is‑seminar kien jinkludi wkoll intervent mis‑Sur Mario Bartolo mid‑Dipartiment tal‑Internal Audit and Investigations Department (IAID), li spjega r‑rwol tad‑Dipartiment fil‑promozzjoni ta’ mmaniġġjar finanzjarju għaqli u kif l‑IAID jikkollabora mal‑GAD biex jimmonitorja l‑progress milħuq mill-ministeri fuq kwistjonijiet kumplessi relatati ma’ rakomandazzjonijiet tal‑NAO.
Il‑laqgħa serviet bħala pjattaforma importanti għad‑djalogu, il‑kollaborazzjoni u l‑iskambju ta’ prattiċi tajbin, u kkonfermat l‑impenn tal‑Amministrazzjoni Pubblika għat‑trasparenza, il-kontabbiltà u t‑titjib kontinwu.
