English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA
  • DIVIŻJONI
    IL-PJAN T'AZZJONI TAGĦNA ORGANIGRAMMA
  • DIRETTORATI
    IMPLIMENTAZZJONI
    DIRETTORAT GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI VIŻJONI U MISSJONI
    AZZJONI TA' GOVERNANZA
    DIRETTORAT GĦAL AZZJONI TA' GOVERNANZA MISSJONI, VIŻJONI W VALURI Pubblikazzjoni Azzjoni ta’ Governanza – NAO PUBBLIKAZZJONI AZZJONI TA' GOVERNANZA - OMBUDSMAN IT-TAQSIMA TAL-KONFORMITÀ
    KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
    L-UFFIĊĊJU LI JIKKORDINA L-ISPEZZJONIJIET MISSJONI, VIŻJONI W VALURI IĊ-ĊERTIFIKAT 'HIGH STANDARD OF COMPLIANCE'
    ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI
    GĦALL-ĠESTJONI TAD-DOKUMENTI MISSJONI, VIŻJONI W VALURI
  • IKKUNTATTJANA

News Banner
Back Mur Lura

Pubblikazzjoni ta' 'Governance Action on the Parliamentary Ombudsman Annual Report 2024

Date05.12.2025
Time minuti

​​​​​​Is-Servizz Pubbliku għadu kif ħareġ pubblikazzjoni ġdida fis-sensiela “Governance Action," fejn din id-darba ta rendikont dwar il-każijiet imressqa mill-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Kummissarji tiegħu fir-rapport tagħhom għall-2024. Din kienet it-tmien sena li sar dan l-eżerċizzju, frott ukoll tal-istrutturi ta' governanza b'saħħithom fis-Servizz Pubbliku li qed jagħtu l-frott, kif ukoll prova ta' serjetà u kontabilità.

F'din il-pubblikazzjoni, wieħed jista' jsib il-każijiet kollha bil-kummenti relevanti dwarhom. Fost oħrajn insibu każijiet li ġew magħluqa wara li ttieħdet azzjoni immedjata mill-Amministrazzjoni Pubblika, u sitwazzjonijiet fejn l-Amministrazzjoni tat informazzjoni dwar kif ġie trattat il-każ u rriżulta li ma kienx hemm il-ħtieġa li l-Ombudsman ikompli jinvestiga. Ta' min isemmi li persentaġġ sinifikanti tal-każijiet ġew riżolti mal-ewwel kjarifika li l-Amministrazzjoni tat u li ġiet aċċettata mill-Ombudsman bħala suffiċjenti. 

It-total ta' każijiet imsemmija mill-Ombudsman jammonta għal 403 każijiet: 324 każ ġdid li daħlu fl-2024, u 79 każ minn snin preċedenti. Dan ukoll huwa importanti u jindika li l-każijiet li ma jilħqux jissolvew ma jintilfux minn sena għal sena, anzi jibqgħu jiġu segwiti.

Mit-324 każ tal-2024, ingħalqu 253 każ (78%). 224 każ (88.5% mill-każijiet magħluqa tal-2024) ingħalqu mingħajr ma l-Ombudsman jew il-Kummissarji ħassew il-ħtieġa li joħorġu rakkomandazzjoni jew wara li l-Ministeru ta r-risposta tiegħu wara l-ewwel talba għal informazzjoni mill-Ombudsman. 13-il każ mill-253 każ (5.1%) li ġew magħluqa kellhom rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Ombudsman jew il-Kummissarji. Fi 12 minn dawn it-13-il każ (92.3%), ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata jew innutata għal każijiet futuri.

Kien hemm biss rakkomandazzjoni waħda marbuta ma' każ wieħed li ma ġietx aċċettata.

Dan kollu jfisser li f'93.2% tal-każijiet tal-2024 li ġew magħluqa, l-Amministrazzjoni Pubblika indirizzat il-każijiet b'mod xieraq.

Hemm 47 każ (14.5%) li huma pendenti għand l-Ombudsman filwaqt li tmien każijiet (2.5%) huma pendenti għand il-ministeri. 



Sors: Servizz Pubbliku (2025)

Gallery Image
Data tal-Pubblikazzjoni: 05 Diċembru 2025
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Laqgħa Annwali għal-Liaison Officers - 2026

Read More
Latest News

Strategy Day 2026

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • IMPLIMENTAZZJONI
  • GOVERNANZA
  • KORDINAZZJONI TAL-ISPEZZJONIJIET
  • DOKUMENTI DIĠITALI
  • TAĦRIĠ
  • PUBLIKAZZJONIJIET
  • IKKUNTATJANA
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation