Laqgħa Annwali għal-Liaison Officers - 2026
Nhar il-Ħamis, 5 ta’ Marzu 2026, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Koordinazzjoni u l-Implimentazzjoni stieden lill-impjegati kollha għat-tielet edizzjoni tal-Ġurnata tal-Istrateġija. It-tema ta’ din is-sena kienet Nagħmlu Użu Aħjar mid-Data u Statistika Sabiex Nieħdu Deċiżjonijiet Ibbażati fuq l-Evidenza.
Id-diretturi taw preżentazzjoni dwar id-data li jaħdmu biha u t-tipi ta’ rapport li jiġu iġġenerati. Imbagħad il-mistieden speċjali, il-Professur Vincent Marmara, matematiku, riċerkatur u lettur fl-Universitá ta’ Malta, ta spjegazzjoni interessanti dwar kif id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu formula matematika, u b’hekk id-data li jkollna f’idejna nistgħu nużawha b’mod aktar effiċjenti u effettiv.
Id-Diviżjoni temmen illi t-tagħlim u taħriġ tal-impjegati huma ta’ importanza assoluta sabiex it-tim jingħaqad iktar, u l-impjegati kontinwament ikomplu ikabbru l-ħiliet tagħhom.
Grazzi mill-qalb tmur lill-Professur Marmara tal-impenn tiegħu lejn it-tkabbir tal-għarfien tal-istatistika, u talli qasam il-ħsibijiet tiegħu mal-impjegati tad-Diviżjoni.